Nhar l-Erbgħa se ssir konferenza tal-aħbarijiet minn dak li qed jissejjaħ Front għall-Ħarsien tal-Ilsien Malti.
Fl-imejl ta’ stedina ffirmata mill-Professur Henry Frendo ntqal li din se ssir b’appoġġ għar-riformi quddiem il-Parlament dwar il-Kunsill għall-Ilsien Malti u biex dan ikun rappreżentattiv u flessibbli.
Intqal ukoll li fil-konferenza se jitkellmu akkademiċi u membri tal-pubbliku.