Christopher Casaletto ta’ tlieta u erbgħin sena u Raymond Galea ta’ ħamsa u ħamsin sena inħelsu mill-akkużi kontrihom wara li kienu mixlijin li ħebbew għal xulxin.
Il-Qorti semgħet kif lura f’Settembru tal-elfejn u sbatax f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Furjana, kien inqala’ argument bejn iż-żewgt irġiel wara li Galea allegatament ħa tornavit minn ġo barmil.
Intqal kif wara li ż-żewġt irġiel spiċċaw jiġġieldu, Casaletto u Galea kellhom ġrieħi f’wiċċhom u spiċċaw l-isptar.
Iż-żewġ imputati kienu taħt att t’akkuża fi proċeduri separati iżda t-tnejn li huma għażlu li ma jixhdux fil-Qorti sabiex ma jinkriminawx ruħhom.
Huma rtiraw l-akkużi fil-konfront ta’ xulxin.