Żewġ aħwa miż-Żejtun inħelsu minn akkużi b’rabta ma’ pussess aggravat tad-droga. Il-każ jmur lura għal għoxrin ta’ Jannar tal-2006 meta l-pulizija rċivew informazzjoni li l-aħwa Antoine u Silvio Galea ta’ 38 sena u 40 sena rispettivament kienu qed jittrafikaw xi droga viċin id-dar tagħhom.
Minn tfittxija intensiva li saret anki fuq dgħajsa taż-żewġ t’aħwa instab pakkett tal-ħalib li minn eżamijiet forensiċi nstab li ġo fih kien hemm reżina tal-kannabis. Madankollu l-Qorti qalet li l-prosekuzzjoni naqset li tipprovdi evidenza li d-droga kienet taż-żewġ t’aħwa.
Espert forensiku xehed ukoll li l-marki tas-swaba’ fuq il-pakkett tal-ħalib li fih nstabet id-droga ma jaqblux ma’dawk tal-akkużati. Kien għalhekk li l-Qorti lliberat lill-imputati.