Il-Qorti t’Għawdex ħelset lil tliet irġiel li għal disa’ snin sħaħ kienu akkużati li stupraw tfajla u żammewha kontra r-rieda tagħha fil- Qala, Għawdex.
Mark Cutajar ta’ 31 sena mir-Rabat, Aaron Camilleri ta’ 28 sena mir-Rabat Għawdex u Paul Xerri ta’ 46 sena mill-Qala nħellsu minn kull akkuża, għaliex l-allegat vittma biddlet il-verżjoni kemm-il darba dwar min mit-tliet irġiel stupraha.
Dan filwaqt li fix-xhieda tagħha qatt ma qalet li ppruvat titlaq minn ħdejn l-imputati dakinhar tal-allegat stupru.
L-evidenza forensika ppreżentata quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, uriet li l-att sesswali filfatt sar bir-rieda ta’ Amanda Parisa Antolini, l-allegat vittma.
Fl-Istess ħin, din kellha biss ġrieħi ħfif li m’humiex riżultat ta’ stupru jew xi forma oħra ta’ vjolenza. Il-Maġistrat Joe Mifsud innota kif kuntrarju għall-vittma, it-tliet akkużati kienu konsistenti fix-xhieda tagħhom u saħansitra ħarġu stqarrija biex jispjegaw x’ġara dakinhar tal-allegat stupru.