Matthew Falzon ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar u Dennis Cremona ta’ 44 sena mill-Ħamrun tressqu l-Qorti, wara li allegatament s-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-10:30 wettqu serqa f’dar fi Triq Atocja fil-Ħamrun.
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Fil-Qorti ntqal li l-pulizija sabu l-bieb tar-residenza sgassat u mkisser u wieħed mill-ħallelin instab ħdejn il-bieb tad-dar filwaqt li r-raġel l-ieħor inqabad fuq il-bejt tal-istess residenza.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella ngħad li ż-żewġ t’irġiel għandhom problema ta’ droga u l-akkużat Dennis Cremona qal li jbati bi problemi ta’ dipressjoni.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirmaw fl-għassa u jħallsu depożitu.