Kerstin Falzon ta’ wieħed u għoxrin sena u Jake Attard ta’ dsatax-il sena ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti mixlija li heddew pulizija waqt logħba futbol bejn Birkirkara u Santa Luċija f’Tony Bezzina Stadium, f’Raħal Ġdid.
Huma ġew akkużati ukoll b’reati relatati ma’ ħsara volontarja fuq l-istess uffiċjal pubbliku, filwaqt li Kerstin Falzon ġie akkużat li ikkaguna feriti ta’ natura ħafifa fuq l-istess uffiċjal pubbliku, u li huwa riċediv.
Iż-żgħażagħ Karkariżi wieġbu mhux ħajta tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Id-Difiża sostniet li huma kkoperaw mal-pulizija u tennew fl-ebda filmat ma jidher li Jake Attard refa’ idejh jew offenda lil xi ħadd.
Il-Qorti laqgħet it-talba mill-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ tlett elef ewro kull wieħed, kif ukoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-pulizija.
Ritratt: minn filmat tal-PBS