It-tliet irġiel akkużati fl-Italja b’rabta mal-inċident b’funikular li seħħ bħal-lum ġimgħa, inħelsu mill-arrest.
Dan wara li l-Imħallef indikat kif ir-responsabiltà ta’ dan l-inċident hija ta’ wieħed mit-tlett persuni akkużati.
Skont il-Qorti Taljana, ir-responsabiltà hija f’idejn il-kap tal-operazzjonijiet tal-kumpanija, Gabriele Tadini.
Il-Qorti qalet kif m’hemmx biżżejjed evidenza fil-konfront ta’ sid il-kumpanija, Luigi Nerini u Enrico Perocchio, li huwa uffiċjal f’din il-kumpanija.
Fil-Qorti Taljana, Tadini qal kif l-inċident huwa kollu tort tiegħu. Huwa nħareġ mill-ħabs, fejn għalissa qed jinżamm arrestat f’daru, sakemm jistenna li tinqata s-sentenza.
Dan l-inċident traġiku li seħħ fir-raħal ta’ Stresa ħalla l-ħajja ta’ 14-il persuna.