Johan Gustafsson, ostaġġ li kien miżmum minn al-Qaeda fil-Mali għal dawn l-aħħar sitt snin, inħeles. Dan skont il-Ministru Żvediż għall-Affarijiet Barranin.
Gustafsson se jkun qed jintbghat lura lejn l-Iżvezzja mill-Afrika.
“Ninsabu vera kuntenti li qed inħabbru li Johan Gustafsson inħeles,” qal dan il-Ministru Margot Wallström.