Bormliż ta’ 36 sena nħeles mill-akkuża li darab serjament lil persuna oħra waqt ġlieda fi ġnien.
F’Awwissu ta’ tlett snin ilu, Christopher Zahra kien involut fi ġlieda ma’ James Muscat.
Dan wara li qam argument bejn żewġ nisa, qraba taż-żewġ t’irġiel.
Iż-żewġ t’irġiel taw il-verżjoni tagħhom ta’ kif ġrat il-ġlieda b’Muscat jgħid li kien Zahra li stiednu għall-ġlied u saħansitra tefgħu mal-art u tah bis-sieq.
Min-naħa l-oħra, Zahra filwaqt li ammetta li mbotta lil Muscat, spjega kif huwa ma tax bis-sieq lil Muscat.
Fil-Qorti speċjalista tal-ortopedija qalet li Muscat sofra ġrieħi f’għarkubtejh.
Meta ġiet biex tiddeċiedi dwar dan il-każ, il-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li x-xhieda tal-akkużat kienet iktar kredibbli u saħqet li huwa prova jiddefendi ruħu.