Raġel mill-Pakistan ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li kellu dokument li ma kienx f’ismu.
Ir-raġel tressaq il-Qorti akkużat li jumejn ilu, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, waqt li kien fit-terminal tal-katamaran kellu fuqu dokument Taljan li ma kienx f’ismu.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest u ġie mwissi biex ma jagħmilx reat ieħor fi żmien disa’ xhur.