Jean Paul Azzopardi ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li, f’Lulju li għadda, weġġa’ lil raġel gravi b’daqqa ta’ ponn waqt li dan kellu xi jgħid mas-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti nstema’ li l-allegat inċident seħħ fl-aħħar ta’ Lulju li għadda fil-kumpless Gianpula, meta l-akkużat, li jaħdem bħala bouncer, mar iferraq argument bejn koppja.
Il-vittma qal li d-daqqa li qala’ mingħand l-imputat ikkawżatlu problemi fil-vista.
Azzopardi wieġeb li mhux ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Azzopardi ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.