Sirjan wieġeb li mhux ħati li hedded u saħansitra weġġa’ lis-sieħba tiegħu.
Dan wara li fil-21 ta’ Awwissu ġie mixli li kkawżalha biża’ u li darabha ħafif.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hekk kif Bael Haj ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti sabitu ħati. Fis-sentenza tagħha l-Qorti sostniet li mhux addattat li timponi piena jew ordni ta’ probation, fost oħrajn. Għalhekk, tatu l-ħelsien bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għat-tliet snin li ġejjin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin favur il-vittma