Denilson Manicaro ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li qabbad karozza fil-Fgura lejliet l-ewwel tas-sena.
F’seduta aktar kmieni din il-ġimgħa l-Qorti semgħet kif mal-Pulizija, Manicaro qal li ma riedx iqabbad il-karozza ta’ Pulizija iżda l-karozza ta’ maġenbha.
Intant fix-xhieda tiegħu, il-vittma ta’ dan ir-reat qal li huwa kien sar jaf lill-imputat f’investigazzjonijiet li għamel fil-passat.
Manicaro ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €900 u garanzija personali ta’ €4,100.