Stefano Montebello ta’ sitta u tletin sena minn Buġibba ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kisser tieqa ta’ karozza.
Fil-Qorti nstema’ li kien għall-ħabta ta’ nofsillejl tal-bieraħ, il-Pulizija rċeviet rapport li raġel beda jipprova jidħol f’karozza.
Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija allegatament sabu lill-imputat fil-karozza bil-ħġieġa mkissra. Meta mistoqsi mill-Pulizija, huwa qal li ġie xi ħadd ikisser it-tieqa u baqa’ għaddej.
Ingħad ukoll kif l-imputat ikkopera mal-Pulizija.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li jħallas garanzija personali ta’ ħamest elef ewro, u ma jersaqx lejn Birkirkara, fejn allegatament seħħ ir-reat.