Il-kuntrattur Ivan Stivala nħeles minn kull akkuża li pprova jsuq għal fuq Jeremy Cardona, li insulentah u li saq b’mod negliġenti u perikoluż. Dan wara li l-Qorti analizzat il-filmat mill-kameras tas-sigurtà ma kinux jaqblu max-xhieda li ressqet il-Prosekuzzjoni.
Stivala kien qed jaffaċċja dawn l-akkużi fil-Qorti wara li allegatament kien involut f’argument li seħħ f’Mejju tal-2018. L-arguement kien jirrigwardja xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li Stivala kien qed jaħdem fuqhom.