Anton Mallia ta’ ħamsa u erbgħin sena kien meħlus minn kull akkuża mill-Qorti tal-Appell wara li tnax –il sena ilu ttella’ l-qorti fuq ħames kaxxi tas-sigaretti allegatament tal-kuntrabandu.
Mallia kien arrestat fl-elfejn u tmienja meta l-pulizija qabditu jittrasferixxi ħames kaxxi mill-karozza tiegħu għall-karozza ta’ sieħbu fil-Furjana.
F’Lulju tal-elfejn u sittax Mallia nstab ħati talli kien fil-pussess ta’ oġġetti ta’ kuntrabandu u ngħata sentenza sospiża ta’ sitt xhur sospiża għal sena flimkien ma’ multa ta’ sitt mitt ewro.
Fi stadju ta’ appell il-Qorti qalet li n-natura illeċita ta’ dawn is-sigaretti ma kienx ippruvat u b’hekk ordnat li Mallia jinħeles minn kull akkuża.