Artist li ilu dawn l-aħħar 27 sena l-ħabs fuq akkuża tal-qtil ta’ tfajla ta’ 17-il sena inħeles wara li d-deċiżjoni tal-Qorti inbidlet ta’ taħt fuq u iddikjaratu mhux ħati.
Il-każ seħħ fl-1991 f’New York.
Valentino Dixon, li dejjem insista li huwa ma kienx ħati, sar magħruf mad-dinja kollha wara li tul is-snin twal li qatta l-ħabs, kien jesprimi ruħu bit-tpinġija.Huwa nħeles l-Erbgħa li għadda wara li raġel ieħor ammetta li kien spara tiri fuq it-tfajla ta’ 17-il sena lura fl-1991 f’New York.