Paul Spagnol ingħata l-ħelsien mill-arrest, wara li f’Ottubru li għadda kien mixli li weġġa’ lil raġel fi ġlieda, u b’hekk allegatament kiser il-kundizzjonijiet li kellu tal-ħelsien mill-arrest.
Fil-Qorti kien instema’ li Spagnol kellu argument verbali mat-tfajla tiegħu, u meta raġel ieħor ipprova jikkalmah, dawn qabdu jiġġieldu.
L-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest, hekk kif wara li l-allegat vittma ta x-xhieda tiegħu, issa ma kienx hemm biża’ ta’ intralċ tal-provi.
Min-naħa l-oħra, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif intqal li Spagnol mhux darba jew tnejn xellef difru mal-ġustizzja.
Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu t’elfejn u ħames mitt ewro, garanzija personali t’għaxart elef ewro, u ġie ordnat jiffirma f’għassa tal-pulizija darbtejn fil-ġimgħa.