Josh Hogan, żagħżugħ Ingliż residenti San pawl il-Baħar, ingħata l-pleġġ wara li ġie mixli kellu fil-pusses tiegħu 470 gramma tad-droga cannabis.
Fi Triq il-Fortizza, f’ San Pawl il-Baħar, is-Sibt li għadda huwa instab b’pusses ta’ kannabis mhux għal użu esklussiv tiegħu.
Mid-difiża ntqal li ż-żagħżugħ ilu jgħix hawn Malta sitt snin, jaħdem u familtu tgħix hawnhekk ukoll.
Sakemm tinħareġ sentenza, il-Qorti ordnat biex ż-żagħżugħ jingħata għajnuna minħabba d-droga u biex tingħatalu għajnuna psikoloġikament.
Huwa ġie ordnat li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra kuljum bejn il-ħamsa ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija kuljum. Il-Qorti ordnatlu wkoll li jrid ikun id-dar fit-tmienja ta’ filgħaxija. Fost aktar kundizzjonijiet, ġie ordnat iħallas depożitu ta’ ħames t’elef ewro u garanzija personali ta’ għaxar t’elef ewro.