Raġel ta’ 42 sena tressaq il-Qorti akkużat b’akkużi ta’ vjolenza domestika fuq il-mara tiegħu. Il-każ seħħ is-Sibt fis-06:15 am f’darhom f’Ħal Qormi. Huwa ġie akkużat li ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq il-mara tiegħu, li ikkaġunalha biża, heddidha u inġurja bil-kliem. Ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Neville Camilleri jagħth il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.
Il-Maġistrat ordna lir-raġel sabiex ma jersaqx u ma jagħmilx kuntatt ma’ martu u ibnu. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.