Saviour Agius ta’ 43 sena inħeles mill-arrest wara li ċaħad li seraq minn ħanut. Fil-Qorti kien spjegat li l-Pulizija daħlilha rapport ta’ serqa ta’ diversi għodda minn ħanut partikolari. Wara l-investigazzjoni l-Pulizija waslet għad-dar ta’ Agius fejn jidher li ġiet elevata xi għodda.
Meta d-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba n-natura gravi tal-akkużi u l-biża tal-intralċ tal-provi, u qalet li l-investigazzjoni dwar il-każ għadha għaddejja.
Agius ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.