Raġel ta’ tnejn u erbgħin sena tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ vjolenza domestika, mill-Ispettur mit-Taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika tal-Pulizija Sherona Buhagiar.
Huwa ġie akkużat li naqas li jħares diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, li kiser xi kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, li kkaġuna fastidju lil martu, u li hedded li jagħmel xi reat b’diversi mezzi ta’ komunikazzjoni.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.