Żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kellu x’jaqsam mas-sieħba tiegħu ta’ erbatax-il sena u taqqalha. Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti dalgħodu u wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kellu relazzjoni mat-tifla ta’ 14-il sena u l-attivitajiet sesswali saru kollha bil-kunsens tat-tfajla.
Huwa ngħata l-libertà kundizzjonata.
Għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.