Roderick Cilia ta’ 40 sena li joqgħod Ħal Għaxaq ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li saq karozza misruqa, u bagħbas fid-dokumenti tagħha.
Cilia, li tressaq iktar kmieni din il-ġimgħa, ġie akkużat li kellu oġġetti misruqa, fuq tbagħbis ta’ dokumenti uffiċjali u li għamel użu minnhom, li saq mingħajr assigurazzjoni, u li kiser diversi ordinijiet tal-Qorti inkluż sentenzi sospiżi u ħelsien mill-arrest.
Fid-digriet tagħha l-Maġistrat Josette Demicoli tat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ seba’ mija u ħamsin ewro, garanzija personali ta’ erbat elef ewro, u li jirraporta lil uffiċjal tal-probation.