John Spiteri, ta’ 56 sena, li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Taljani dwar allegat involviment f’ċirku ta’ traffikar ta’ kokaina fl-Italja, inħeles mill-arrest wara li l-Qorti sabet li t-talba għall-estradizzjoni tiegħu ma saritx skont il-liġi.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, fost l-oħrajn semgħet mid-difiża kif il-prosekuzzjoni ma ppreżentatx l-informazzjoni meħtieġa u fid-deċiżjoni tagħha qalet li ma setgħetx tiddeċiedi dwar it-talba.
Il-Maġistrat ordnat ukoll li Spiteri għalissa jibqa’ jinżamm fil-kustodja.