Ramadan Hamed, ta’ 25 sena li joqgħod Wied il-Għajn, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li kellu ritratti u filmati ta’ tfajla taħt l-età mingħajr ħwejjeġ tagħmel atti sesswali u heddidha li jxerridhom.
Il-Qorti semgħet kif it-tfajla, li għandha 17-il sena, qalet lill-Pulizija li l-akkużat heddidha li se jxerred materjal indiċidenti tagħha għaliex ma riditx li jkollhom relazzjoni sesswali.
Il-Pulizija qalet li r-raġel, li hu ta’ nazzjonalità Sirjana, ikkonferma li qalet it-tfajla u qal għamel hekk biex jagħtiha tagħlima ma terġax tibgħat ritratti tagħha mingħajr ħwejjeġ.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Hu ngħata l-ħelsien lill-arrest b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €7,000, fost kundizzjonijiet oħra impost fuqu.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla.