Caven Cutajar ta’ 48 sena inagħta l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000 wara li wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda meta l-Pulizija rċiviet rapporti mis-sieħba ta’ Cutajar fejn qalet li l-ġurnata ta’qabel sfat mhedda mis-sieħeb tagħha li jekk ma titlaqx mill-appartament tagħhom fi żmien ġimgħa kien se joqtolha.
Hija qalet ukoll li ġimgħa qabel Caven Cutajar kien vjolenti magħha u ż-żewġ ulieda ta’ ħamsa u tlettax-il sena.