Ukren ċaħad l-akkużi li lbieraħ irrikatta, insulta u beżaq fuq membri tal-pulizija.
Denys Mazenao ta’ 41 sena ġie akkużat li fid-daħla tal-Belt ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija billi rreżista l-arrest, kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,500.
Il-Qorti odnat ukoll li l-akkużat għandu jmur jiffirma fl-għassa u jkun id-dar bejn it-8:00 ta’ filgħaxija u t-8:00 ta’ filgħodu.