Justin Vella ta’ 33 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet wara li darab lis-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura ħfief.
Fil-Qorti ġie akkużat li lbieraħ f’Ħaż Zabbar ikkaġuna xi ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu u kif ukoll li ħolqilha biża’. Il_Qorti ordnat li ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn il-partijiet, u jintużaw intermedjarji minħabba l-aċċess tat-tfal.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat Arthur Azzopardi.