Cranston Portelli ta’ 30 sena minn Ħal Qormi ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka b’arma li taqta’ lil raġel ieħor fi Triq il-Wied f’Birkirkara nhar il-Ħadd filgħaxija.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech intqal kif l-allegat aggressjoni ħdejn każin.
Il-prosekuzzjoni spjegat li f’idejha għandha diversi filmati minn kameras tas-sigurtà li se tressaqhom bħala prova.
L-akkużat wieġeb mhux ħati, filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Din it-talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet kif l-imputat ma jistax isiefer, ma javviċinax ix-xhud, jiffirma kuljum fl-għassa u ma joħroġx bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu.
Huws ġie ordnat jiddepożita €7,000 u jagħti garanzija personali ta’ €3,000.