Raġel ta’ 61 sena min-Nadur Għawdex inħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti b’rabta ma’ hit and run li seħħ jumejn ilu f’Tas-Sliema.
Id-difiża spjegat li l-imputat jaħdem fl-industrija tad-dgħajjes u kien involut f’inċident sfortunat li seħħ tard filgħaxija meta l-imputat kien għadu kif spiċċa xogħol.
Id-difiża tenniet li r-raġel lest joqgħod għall-kundizzjonijiet impostu fuqu mill-Qorti.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ elf ewro u bil-kundizzjoni li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa tar-Rabat Għawdex.