Ahmed Osman Ibrahim, Somalu ta’ 36 sena, wieġeb mhux ħati li wettaq atti indiċenti fil-pubbliku.
Huwa tressaq il-Qorti li mmasturba fi Ġnien Pawlu Boffa f’Raħal Ġdid, post li huwa ffrekwnetat sew mit-tfal.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrrest u l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €500 u li jiffirma fl-għassa tal-Ħamrun tliet darbiet fil-ġimgħa.