Raymond Briffa ta’ 46 sena inħeles mill-arrest wara li ġie mixli li allegatament waddab sikkina lil missieru u heddu li jħanxarlu rasu waqt li kien xurban. L-allegat każ seħħ fis-6 ta’ Novembru waqt argument li l-akkużat kellu mal-ġenituri tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Josette Piscopo spjegat kif Briffa kien xurban waqt l-argument u allegatament beda jagħmel sinjal lil ommu li se jħanxar ras missieru. Dak il-ħin missieru ħareġ barra mid-dar biex jikkalma s-sitwazzjoni, iżda l-akkużat ħareġ warajh u waddab sikkina lejn missieru waqt li kien viċin ta’ xi ġirien.
Briffa ċaħad biss li ġera wara missieru b’sikkina, bid-Difiża tgħid li hu jixieq jaqbad triqtu lura għat-tajjeb billi jirċievi kwalunkwe għajnuna.
Huwa tpoġġa taħt ordni ta’ trattament u ordni ta’ probation għal erba’ snin, filwaqt li l-ġenituri tiegħu ngħataw ordni ta’ protezzjoni.