Brandon Nasem Elsrmani, pulizija ta’ 20 sena ingħata l-libertà proviżorja wara li ġie mixli li darab raġel li kien mal-eks sieħba tiegħu.
L-allegat każ seħħ il-Ħadd li għadda fiż-Żurrieq fejn l-argument żvolġa fi ġlieda, bl-allegat vittma sofra ksur fi mnieħru.
L-akkużat li fost l-oħrajn ġie mixli li kiser il-paċi pubblika u li għamel reat li kellu jara li ma jsirx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tatu il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li fost l-oħrajn josserva ħin f’daru. It-talba għall-ħelsien mill-arrest ngħatat b’depożitu ta’ elf ewro.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u ordnat lill-akkużat biex ma jersaqx lejh.