Leandro Mansueto ta’ 21 sena mill-Furjana ngħata l-ħelsien mill-arrest.
Huwa tressaq il-qorti fl-24 ta’ Marzu wara li ġie mixli li weġġa’ lil Glenn Cassar ta’ 52 sena f’argument li kellhom fi Triq il-Mediterran fil-Belt.
Cassar kien baqa’ dieħel f’żewġ karozzi ipparkjati biex jevita ħabta minn vettura misjuqa minn Mansueto.
Dan l-inċident wassal għal argument jaħraq bejn Cassar u Mansueto. B’Mansueto allegatament ta daqqa ta’ sikkina f’sieq Cassar.
Kemm Mansueto kif ukoll Cassar kienu tressqu l-qorti. Bil-vitma ngħata l-ħelsien mill-arrest iżda Mansueto kien inżamm arrestat fil-lock up tal-Belt.
Dan għaliex bħala prekawzzjoni bħalissa min jinżamm arrestat qed jagħmel 15-il ġurnata fil-lock up tal-Belt u wara jittieħed fil-faċilità korettiva ta’ kordin minħabba l-Coronavirus.
Mansueto ġie ordnat li jinħeles fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €3,000.