L-Avukat Ġenerali se jkun qiegħed jappell l-ħelsien mill-arrest li l-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ta’ lil Joseph Grima, akkużat bi traffikar ta’ droga. Grima qed jiffaċja l-ġustizzja b’waħda mill-ikbar qabdiet fl-aħħar snin.
IKTAR QABEL: Irid jiffirma l-għassa darbtejn kuljum, iddepożita €20,000 u għandu garanzija personali ta’ €50,000. Dawn huma fost il-kundizzjonijiet li għamel il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona biex ta l-ħelsien mill-arrest lil Joseph Grima li qed ikun akkużat bl-importazzjoni ta’ 15-il kilo droga kokaina. Iż-żagħżugħ ma jistax joħroġ mid-darbejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u s-sitta tal-għada filgħodu, il-ħin fejn imur għax-xogħol fil-barriera ma’ missieru. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonati li l-ġuvni ta’ 23 sena minn Għajnsielem jinħeles fuq dak li huwa magħruf bħala “pleġġ”.