Joseph Zammit, il-gwardjan tal-ħabs ta’ 52 sena li aktar kmieni dan ix-xahar tressaq il-Qorti u nżamm arrestat wara li kien akkużat b’abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet minuri, ingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan wara li l-allegati vittmi xehdu wara bibien magħluqa fl-aħħar jiem fil-Qorti.
Ir-raġel minn Ħal Kirkop tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużat bi stupru, attivitajiet sesswali ma’ minorenni, u b’reat li kien dmiru li jara li ma jseħħx.
Huwa wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €5,000.