Il-ġuvni taħt l-età li tressaq il-Qorti akkużat li pprova jtajjar Pulizija u li saq mingħajr liċenzja ngħata ħelsien mill-arrest wara ġimgħatejn arrestat. Isem il-ġuvni mhux qed jixxandar mal-midja fuq Ordni tal-Qorti.
Iż-żagħżugħ kien qed jaffaċċja akkużi li seraq karozza, saq mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni, m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija u pprova jtajjru f’Ħal Kirkop.
Jidher li t-tfajla tal-akkużat qalet lill-Pulizija li hu kien sab karozza abbandunata, u staqsieha tmux dawra biha miegħu. Wara ftit tal-ħin hija talbitu jwassalha l-Imsida fejn kien hemm sħabha. Fi triqithom hemmhekk, twaqqfu mill-Pulizija. Is-sewwieq beża’ minnhom u saq b’veloċità qarrija sakemm inqabad fl-inħawi ta’ Ħal Kirkop.
Il-Qorti ordnat li dan jinħeles mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.