Mohammed Abdalla Sirjan ta’ 27 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li fost oħrajn m’obiex l-ordni tal-pulizija u li kien qed isuq mingħajr liċenzja.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-għassa tal-pulizija f’Raħal Ġdid kull nhar ta’ Erbgħa u Sibt bejn it-8:00am u t-8:00pm.