Lyon Bonnici ta’ wieħed u tletin sena mill-Mosta nħeles mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, b’depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ ħamest elef u ħames mitt ewro.
Fi Frar li għadda, l-akkużat ipprova jevita roadblock hekk kif allegatament fil-pussess tiegħu kellu sittin pakkett droga kokaina, li ma kienux għall-użu personali tiegħu.
Għall-akkużat deher l-Avukat Ismael Psaila li talab għall-ħelsien mill-arrest għaliex argumenta li m’hemmx xhieda pajżana.