Angel Attard ta’ 40 sena residenti l-Birgu nħeles mill-arrest wara li l-Imħallef Ġiovanni Grixti laqa’ t-takba tal-avukat Franco Debono għall-ħelsien mill-arrest.
Attard kien akkużat li ta xebgħa lill-uffiċjal tal-Pulizija meta twaqqaf, mill-istess Pulizija li dakinhar ma kienx xogħol bil-karozza f’San Ġiljan.
Angel inħeles fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €10,000 u b’għadd ta’ kundizzjonijiet.