Raġel li jgħix iż-Żejtun inħeles mill-akkuża li darab b’mod gravi persuna oħra wara li ntqal li hu kien qed jiddefendi lil ommu minn aggressjoni.
Amr Baddar kien akkużat li darab lil Kevin Spiteri f’Mejju tal-2017 u li hu reċediv.
L-argument qam meta Baddar beda jħott xi oġġetti t’ommu f’garaxx u ħalla l-vann startjat u kien qed idejjaq lil Spiteri, li joqgħod viċin il-garaxx inkwistjoni.
Jirriżulta li Spiteri mar jilmenta u qam argument m’omm l-imputat.
Waqt l-argument li qal, Spiteri nkisritlu sinna u sofra xi ġrieħi f’wiċċu.
Xhieda fuq il-post qalet li Spiteri kien aggressiv u li l-akkużat ipproteġa lil ommu.