Tyron Fenech ta’ 37 sena li joqgħod Raħal Ġdid ma nstabx ħati li, 19-il sena ilu, ittraffika d-droga ecstacy.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti, immexxija mill-Maġistrat Elaine Mercieca, ma sabitx lil Fenech ħati tal-akkużi kollha li nġibu kontrih. Il-Qorti rat l-istqarrijiet li ta lill-pulizija waqt l-interrogazzjoni u nnutat li saru mingħajr l-assistenza ta’ avukat. Għalhekk, ma setgħux jiġu inklużi fil-każ.
Dan il-każ dam għaddej 18-il sena minħabba kawżi fil-Qorti kKstituzzjonali u quddiem il-Qorti Ewropea.