Il-pulizija Ġermaniża ħelset Tuneżin li kien arrestat aktar qabel b’rabta mal-attakk terroristiku li seħħ f’Berlin il-ġimgħa l-oħra.
Dan it-Tuneżin kien arrestat wara li n-numru tiegħu nstab fuq it-telefon ċellulari ta’ Anis Amri, li wettaq l-attakk bi trakk. Huwa fatt magħruf li Amri kellu rabtiet ma’ persuni oħra fiċ-ċrieki tal-militanti fundamentalisti u l-investigazzjonijiet dwar il-persuni li magħhom kellu kuntatt Amri għadhom għaddejin.
Sadanittant, uffiċjali Ġermaniżi qalu li s-sistema tal-brejkijiet tat-trakk għenet biex jiġu evitati aktar imwiet f’dan l-attakk li ħasad il-ħajja ta’ tnax-il persuna li kienu f’suq tal-Milied fiċ-ċentru tal-kapitali Ġermaniża.