Il-Membri Parlamentari Ewropew għażlu l-14-il Viċi President tal-Parlament Ewropew. Dan wara li s-720 Membru Parlamentari Ewropej, permezz ta’ vot sigriet ieħor wara l-ħatra tal-President Roberta Metsola t-Tlieta, ivvotaw biex jaħtru lill-Viċijiet tagħha.
Ħdax mill-Viċi President ġew eletti fl-ewwel rawnd tal-votazzjoni, filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew eletti fit-tieni u l-aħħar rawnd.
L-14-il Viċi President huma:
1. Sabine Verheyen (EPP) mill-Ġermanja;
2. Ewa Kopacz (EPP) mill-Polonja;
3. Esteban Gonzalez Pons (EPP) minn Spanja;
4. Katarina Barley (S&D) mill-Ġermanja;
5. Pina Picierno (S&D) mill-Italja;
6. Victor Negrescu (S&D) mir-Rumanija;
7. Martin Hojsik (Renew) mis-Slovakkja;
8. Christel Schaldemose (S&D) mid-Danimarka;
9. Javi Lopez (S&D) minn Spanja;
10. Sophie Wilmes (Renew) mill-Belġju;
11. Nicolae Stefanuta (Greens) mir-Rumanija;
12. Roberts Zile (ECR) mil-Latvja;
13. Antonella Sberna (ECR) mill-Italja; u
14. Younous Omarjee (Left) minn Franza.