F’temp ta’ tmien sigħat il-Bonds tas-62+ inħatfu, il-bonds tal-gvern maħsuba speċifikament għall-anzjani.
Dan tħabbar mill-Accountant General fejn fi stqarrija qal li minħabba d-domanda qawwija li kien hemm għat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta, is-sottoskrizzjonijiet fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta qabżu l-ammont ta’ €70 miljun, jiġifieri l-€50 miljun li hu l-ammont tal-ħruġ u l-€20 miljun tal-over-allotment option.
Fid-dawl ta’ dan, skont it-termini tal-artikolu 8 (b) tal-prospett, l-Accountant General iħabbar li l-offerta tas-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta ingħalqet fis-4:00 pm ta’ Tnejn 4 ta’ Settembru 2017.
Skont kif provdut f’Paragrafu 10 (b) tal-prospett, l-Accountant General iħabbar d-dettalji tal-policy tal-allokazzjoni permezz ta’ stqarrija għall-istampa u tiġi kkomunikata ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li ssir il-verifika tal-applikazzjonijiet għall-konformitá mal-prospett.