Tliet baħrin Rumeni nħatfu minn fuq il-vapur Histiria Ivory minn numru ta’ pirati ftit il-barra mill-port ta’ Lomo fit-Togo. L-attakk mill-pirati seħħ nhar il-Ħadd filgħaxija madwar 20 mil il-barra mill-port. Dakinhar il-pirati telgħu fuq il-vapur fejn filwaqt li kissru kull ma sabu quddiemhom ħatfu lit-3 Rumeni li ma laħqux issakkru fl-istiva ħdejn sħabhom. Immedjatament wara li nħatfu, l-pirati ħarbu bihom b’kollox minn fuq il-vapur.
Rapporti qed jgħidu wkoll li l-awtoritajiet tat-Togo imbagħad daħħlu il-vapur lura lejn il-port fejn bdew l-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Union tal-baħrin qalet ukoll li filwaqt li diversi sistemi tal-vapur ġew vandalizzati l-ebda baħri ieħor ma sofra ġrieħi waqt dan l-attakk.