Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Mali għarrfet lill-Kurunell Assimi Goïta, bħala l-President transitorju tal-pajjiż.
Goïta kien diġà ddikjara lilu nnifsu President interim l-Erbgħa li għadda wara li ħataf il-poter.
Din kienet it-tieni ħatfa tiegħu tal-poter f’temp ta’ 9 xhur.
Lura f’Awwissu huwa mexxa kolp ta’ stat kontra l-President elett Ibrahim Boubacar Keïta.
Il-Qorti Kostituzzjonali spjegat li d-deċiżjoni tagħha ttieħdet f’kuntest li l-kariga ta’ President baqgħet vakata.