Il-Malta Football Referees Association ikkonfermat l-Kumitat il-Ġdid għal staġun 2020/21 hekk kif il-ġurnata tat-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2020 kienet ġurnata importanti u storika ghal MFRA, dan għaliex saret l-ewwel darba fl-istorja AGM virtwali bejn il-membri kollha tal-Għaqda biex aparti kollox jinħatar il-kumitat.
L-istess kumitat reġa ġie konfermat u huwa kompost minn:
Is-Sur Mario Apap – President
Is-Sur Trustin Farrugia Cann – Viċi President
Is-Sur Ishmael Barbara – Segretarju Ġenerali
Is-Sur Luke Portelli– Teżorier
Is-Sinjuri Pierre Bonnici, William Debattista, Kurt Saliba, Mitchell Scerri u Fyodor Zammit – Membri
Il-Kumitat taħt it-tmexxija tal-President Mario Apap irringrazzja lil membri kollha li sabu l-ħin biex jipparteċipaw f’din il-laqgħa virtwali u fl-ewwel messaġġ tiegħu huwa reġa’ stqarr li dan il-kumitat ser ikun qed jibqa’ jaħdem viċin il-membri u jżomm l-għaqda u trankwillità.