Mark Camilleri nħatar bħala ċ-chairperson eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni ntqal li s-Sur Camilleri huwa gradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u ilu jgћallem gћall-aћћar sbatax-il sena, u fil-preżent huwa Assistent Kap ta’ skola fi skola primarja tal-Istat. Sa minn ċkunitu ћabb il-qari u l-kitba ta’ poeżiji jew stejjer qosra. Jikteb regolarment rumanzi jew novelli polizjeski u wkoll xogћol gћal kotba tat-tfal.
Fl-2009 kellu l-ewwel storja qasira, Gallo, ippubblikata fil-kollezzjoni 45 li fiha introduċa mal-qarrejja lill-Ispettur Victor Gallo. Sena wara kien ippubblika r-rumanz debut tiegћu Prima Facie u li minnu twieled l-ewwel book video li qatt sar Malta. Ippubblika wkoll tliet rumanzi polizjeski oħra Volens, Nex u Alias. Awtur ukoll tal-ktieb, Mill-Istorja tal-Futbol Malti .
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni sostna li l-membri l-oħra tal-bord, li jirriflettu l-aspetti differenti tal-industrija tal-ktieb huma Mark Vella bħala deputat chairperson u bħala membri, Daniela Attard Bezzina, Dr Maria Brown, Aleks Farrugia, Joseph Mizzi, Dr Christopher Gruppetta, il-Professur John Portelli u Joseph Debattista.
Sostna li l-bord huwa maħtur għal perjodu ta’ tliet snin.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, irringrazzjat lill-membri kollha tal-bord preċedenti, u awgurat lill-bord il-ġdid għal ħidma sfiqa u li l-ħidma tagħhom tkompli timraħ biex tissaħħaħ l-industrija tal-ktieb Malti u l-promozzjoni tal-qari tal-ktieb.
Ritratt: (MFED)